‘IL QUDDIEM - Partit Nazzjonalista (original) (raw)

Ilbieraħ qattajna ġurnata qalb l-Għawdxin.

L-ewwel waqfa għamilnieha l-Munxar fejn sar it-tberik tal-annimali. Isbaħ mill-annimali biss kienet it-tbissima tixgħel fuq wiċċ it-tfal li kien hemm. Wara, tlaqna lejn ir-Rabat fejn qabel il-laqgħa ta` djalogu fit-Tokk, iltqajna ma` ħafna familji waqt żjara fi Pjazza San Ġorġ.

Ħadna pjaċir nisimgħu l-istejjer ta` kull wieħed u waħda minnhom. Poġġejna magħhom nieħdu kafè u kellmuna wkoll dwar il-preokkupazzjonijiet tagħhom, dak li jgħaddu minnu ta` kuljum u l-aspirazzjonijiet tagħhom bħala Għawdxin.

Open

Ilbieraħ qattajna ġurnata qalb l-Għawdxin. L-ewwel waqfa għamilnieha l-Munxar fejn sar it-tberik tal-annimali. Isbaħ mill-annimali biss kienet it-tbissima tixgħel fuq wiċċ it-tfal li kien hemm. Wara, tlaqna lejn ir-Rabat fejn qabel il-laqgħa ta' djalogu fit-Tokk, iltqajna ma' ħafna familji waqt żjara fi Pjazza San Ġorġ.  Ħadna pjaċir nisimgħu l-istejjer ta' kull wieħed u waħda minnhom. Poġġejna magħhom nieħdu kafè u kellmuna wkoll dwar il-preokkupazzjonijiet tagħhom, dak li jgħaddu minnu ta' kuljum u l-aspirazzjonijiet tagħhom bħala Għawdxin.

L-inkompetenza ta’ dan il-Gvern fit-tmexxija tal-qasam tas-saħħa qed taffettwa lill-pazjent. Bl-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija, u-turns minn Ministru għall-ieħor, u saħanistra t-tħabbir li investiment li kellu jsir issa mhux se jsir, għax ġie rtirat.

Quddiem l-Isptar Monte Karmeli, ix-Shadow Ministers @adrian.delia.71 u @vassalloian spjegaw kif flus il-poplu qed jispiċċaw mormija, anke f’dan is-settur mill-aktar sensittiv u importanti.

💶 €10 miljuni f’sala l-ġdida f’Monte Karmeli, sptar li suppost se jagħlaq
💶 It-tberbiq ta’ €11-il miljun fuq pjani għall-Outpatients ta’ Mater Dei li issa se jintremew u jsiru ġodda
💶 Is-saga tal-Hub tat-Tramuntana, li issa mhux se ssir
💶 Is-saga tal-Hub ta’ Raħal Ġdid, li issa spiċċat il-Qorti

Meta mhux korrott, dan il-Gvern inkompetenti. F’dan kollu, l-uniku u l-ikbar vittma tibqa’ dejjem int, il-pazjent.

Open

L-inkompetenza ta’ dan il-Gvern fit-tmexxija tal-qasam tas-saħħa qed taffettwa lill-pazjent. Bl-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija, u-turns minn Ministru għall-ieħor, u saħanistra t-tħabbir li investiment li kellu jsir issa mhux se jsir, għax ġie rtirat.  Quddiem l-Isptar Monte Karmeli, ix-Shadow Ministers @adrian.delia.71 u @vassalloian spjegaw kif flus il-poplu qed jispiċċaw mormija, anke f’dan is-settur mill-aktar sensittiv u importanti. 💶 €10 miljuni f’sala l-ġdida f’Monte Karmeli, sptar li suppost se jagħlaq 💶 It-tberbiq ta’ €11-il miljun fuq pjani għall-Outpatients ta’ Mater Dei li issa se jintremew u jsiru ġodda 💶 Is-saga tal-Hub tat-Tramuntana, li issa mhux se ssir 💶 Is-saga tal-Hub ta’ Raħal Ġdid, li issa spiċċat il-Qorti Meta mhux korrott, dan il-Gvern inkompetenti. F’dan kollu, l-uniku u l-ikbar vittma tibqa’ dejjem int, il-pazjent.

Dejjem emminna f’Għawdex u llum aktar minn qatt qabel nemmnu li d-deċiżjonijiet dwar Għawdex għandhom jittieħdu mill-Għawdxin stess.

Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lill-Għawdxin dak li jixirqilhom: konnettività effiċjenti, opportunitajiet ġodda, saħħa ekonomika, u fuq kollox ħajja ta’ kwalità għal kull Għawdxi u Għawdxija.

Id f’id immexxu lil Għawdex ‘il quddiem.

📸Joseph Galea

Open

Dejjem emminna f’Għawdex u llum aktar minn qatt qabel nemmnu li d-deċiżjonijiet dwar Għawdex għandhom jittieħdu mill-Għawdxin stess. Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lill-Għawdxin dak li jixirqilhom: konnettività effiċjenti, opportunitajiet ġodda, saħħa ekonomika, u fuq kollox ħajja ta’ kwalità għal kull Għawdxi u Għawdxija. Id f’id immexxu lil Għawdex ‘il quddiem. 📸Joseph Galea

Flimkien nistgħu nirnexxu. Anke intom fadlilkom ħafna x’tagħtu lis-soċjetà biex naraw pajjiż aħjar.

Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt rally li kien organizzat dalgħodu fid-Dar Ċentrali tal-PN mill-APAN fl-okkażjoni tas-60 sena tal-Indipendenza.

Ir-rally kien indirizzat ukoll mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino.

Open

Flimkien nistgħu nirnexxu. Anke intom fadlilkom ħafna x’tagħtu lis-soċjetà biex naraw pajjiż aħjar. Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt rally li kien organizzat dalgħodu fid-Dar Ċentrali tal-PN mill-APAN fl-okkażjoni tas-60 sena tal-Indipendenza. Ir-rally kien indirizzat ukoll mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino.

📅Il-Ħadd 6 t`Ottubru

📞€10- 5160 2003
📞€25- 5180 2011
📞€50- 5190 2050

📲SMS- 5161 8928

☎️BOV Mobile- 7710 5905

Open

📅Il-Ħadd 6 t'Ottubru  📞€10- 5160 2003  📞€25- 5180 2011  📞€50- 5190 2050 📲SMS- 5161 8928 ☎️BOV Mobile- 7710 5905

Matul laqgħa mal-Assoċjazzjoni Maltija ta` Min Iħaddem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista @bernardgrechmt spjega kif se jara li Gvern ġdid Nazzjonalista jibqa’ jaħdem id f’id mal-imsieħba soċjali biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.

Nemmnu li biex pajjiżna jerġa’ jimxi ‘l quddiem, hemm bżonn l-impenn tal-imsieħba soċali kollha għax illum, pajjiżna miexi fid-direzzjoni żbaljata anke għax jidher ċar li l-Gvern m’għandux aptit jiddiskuti biex l-affarijiet jitjiebu.

Open

Matul laqgħa mal-Assoċjazzjoni Maltija ta' Min Iħaddem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista @bernardgrechmt spjega kif se jara li Gvern ġdid Nazzjonalista jibqa’ jaħdem id f’id mal-imsieħba soċjali biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.  Nemmnu li biex pajjiżna jerġa’ jimxi ‘l quddiem, hemm bżonn l-impenn tal-imsieħba soċali kollha għax illum, pajjiżna miexi fid-direzzjoni żbaljata anke għax jidher ċar li l-Gvern m’għandux aptit jiddiskuti biex l-affarijiet jitjiebu.

Din hi l-Malta li trid tgħix fiha? Dan huwa dak li vvutajt għalih?

#ilquddiem #Indipendenza2024 #60Anniversarju

Open

Din hi l-Malta li trid tgħix fiha? Dan huwa dak li vvutajt għalih? #ilquddiem #Indipendenza2024 #60Anniversarju

Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-Kap tal-PN @bernardgrechmt illum iltaqgħet mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA, li rrikonoxxiet it-track record tajjeb li dejjem kellhom Gvernijiet Nazzjonalisti li qatt ma beżgħu mill-progress.

Kienet diskussa d-direzzjoni l-ġdida li jeħtieġlu l-pajjiż, b’mod partikolari fil-qasam tal-kostruzzjoni. Kien hemm qbil li pajjiżna għandu bżonn aktar ippjanar u ħafna inqas burokarzija, li jeħtieġ ħafna aktar investiment fi spazji ħodor, u li l-iżvilupp isir bi ħsieb biex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Maltin.

Gvern Nazzjonalista impenjat li jkun pro-business bħalma dejjem kien, b’għaqal u dejjem bl-interessi ta’ kulħadd quddiem għajnejh, biex kulħadd igawdi lil pajjiżna kif jixraqlu.

Open

Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mmexxija mill-Kap tal-PN @bernardgrechmt illum iltaqgħet mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA, li rrikonoxxiet it-track record tajjeb li dejjem kellhom Gvernijiet Nazzjonalisti li qatt ma beżgħu mill-progress. Kienet diskussa d-direzzjoni l-ġdida li jeħtieġlu l-pajjiż, b’mod partikolari fil-qasam tal-kostruzzjoni. Kien hemm qbil li pajjiżna għandu bżonn aktar ippjanar u ħafna inqas burokarzija, li jeħtieġ ħafna aktar investiment fi spazji ħodor, u li l-iżvilupp isir bi ħsieb biex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Maltin. Gvern Nazzjonalista impenjat li jkun pro-business bħalma dejjem kien, b’għaqal u dejjem bl-interessi ta’ kulħadd quddiem għajnejh, biex kulħadd igawdi lil pajjiżna kif jixraqlu.

Aktar

Aħbarijiet mill-kampanja

“Illum kulħadd jaf min huma t-tradituri tal-poplu” – Bernard Grech

Il-Ħadd filgħodu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’mass rally fil-Mellieħa fetaħ id-diskors tiegħu bir-realtà li qed naffaċċjaw propju illum – ir-realtà tal-pubblikazzjoni tal-inkjesta maġisterjali. Bernard Grech saħaq li grazzi għall-kuraġġ tal-MaltaToday, illum għandna l-inkjesta maġisterjali ppubblikata, l-inkjesta li Robert Abela u l-Partit Laburista riedu jżommuha mistura. Huwa għalhekk li Robert Abela qed jattakka lill-midja ta’ […]

“Il-kandidati tal-PN qegħdin hemm għall-ġid tal-poplu kollu” – il-President tal-PE Roberta Metsola

Il-Ħadd filgħodu waqt id-diskors tagħha fil-Mellieħa, il-President tal-Parlament Ewropew u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola bdiet billi ssostniet l-għaqda ġenwina li hemm bejn il-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew – għaqda li turi verament kemm huma jridu l-aqwa ġid għal Malta. Semmiet kif il-kandidati tal-Partit Laburista qed jagħmlu kampanja ta’ negattività kontra l-kandidati […]

“Il-politika tal-Gvern Laburista mhix qed issir b’mod ġenwin” – Norma Camilleri

Fid-diskors tagħha l-Ħadd filgħodu fil-Mellieħa, il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bdiet mal-ewwel billi ssostni li l-unika skop tal-politika hu li tagħmel il-ħajja ta’ kull individwu fis-soċjetà aħjar filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd, speċjalment ta’ dawk li huma l-iżjed fil-bżonn. Iżda minkejja dan, Norma Camilleri sostniet li dan mhux qed isir. Camilleri semmiet kif il-ħaddiema […]